Soluzzjoni tal-pagamenti mobbli fl-app ta’ kevin.

Taqra fi 4 min
Mobile SDK solution

Il-ħlas għal oġġetti u servizzi permezz ta’ app mobbli huwa xi ħaġa li l-utenti lanqas biss jaħsbu darbtejn dwarha. Huwa veloċi, konvenjenti, u fil-fatt m’għandux ikun mod ieħor. Iżda l-utenti rari jkunu jafu kemm jista’ jkun diffiċli biex kumpaniji joħolqu fluss bla xkiel ta’ checkout.

Kumpaniji li jaħsbu bil-quddiem jagħżlu servizzi bankarji miftuħa u infrastruttura ta’ pagamenti innovattivi bħal kevin. biex jiffrankaw il-ħin u r-riżorsi. F’kevin., aħna ngħinu negozji ta’ kull daqs innaqqsu l-ostakli li l-flejjes jgħaddu minnhom sakemm jaslu għand in-negozjanti.

kevin. bniet soluzzjoni ta’ pagamenti mobbli fl-app li n-negozjanti jistgħu jintegraw fl-apps mobbli nattivi tagħhom. Is-soluzzjoni tagħna tappoġġja l-aċċess għall-biċċa l-kbira tal-banek fl-UE u ż-ŻEE u tippermetti lill-klijenti jagħmlu pagamenti mobbli malajr mingħajr ma joħorġu mill-app tan-negozjant.

Għaliex għandek tagħżel is-soluzzjoni tal-pagamenti fl-app ta’ kevin.?

Is-soluzzjoni tal-pagamenti fl-app mobbli ta’ kevin. tagħmel il-fluss taċ-checkout mobbli fl-app tiegħek sigur u bla xkiel billi jiġi integrat fl-app mobbli nattiv tiegħek.

Pagamenti immedjati

Is-soluzzjoni tappoġġja l-pagamenti SEPA u SEPA immedjati għal tranżazzjonijiet rapidi u mingħajr frizzjoni madwar l-Ewropa. Dan jippermetti li l-pagamenti jaslulek malajr u b’mod sigur, irrispettivament minn post fejn ikun il-klijent.

Personalizzazzjoni sħiħa tal-interface tal-utent (UI)

L-interface tas-soluzzjoni tal-pagameti fl-app hi personalizzata totament. Tista’ tqabbel il-kuluri tal-marka tiegħek, il-fonts, l-isfond tal-app tiegħek u komponenti oħra mibnija minn qabel biex toħloq esperjenza tal-utent konsistenti. Id-disinn espert tagħna huwa bbażat fuq il-linji gwida ta’ implimentazzjoni użati mill-akbar atturi fis-suq - Human Interface Guidelines minn Apple u Material Design Guidelines użati minn Google.

Sigurtà

Is-soluzzjoni tagħna tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tas-sigurtà tal-UE, inklużi l-PSD2 u l-GDPR. Hija żżid ukoll saff ieħor ta’ sigurtà li jgħin biex inaqqas ir-riskji ta’ xiri frodulenti.

Integrazzjoni sempliċi

Is-soluzzjoni tal-pagamenti fl-app tista’ tintuża faċilment fi proġetti IOS u Android b’mod nattiv kif ukoll fl-oqfsa ta’ transpjattaformi l-aktar popolari bħal Flutter u React Native. Aħna nipprovdu wkoll dokumentazzjoni estensiva li tista’ tintuża faċilment milll-iżviluppaturi.

Pagamenti fl-app mingħajr inkwiet għall-klijenti tiegħek

Is-soluzzjoni ta’ pagamenti mobbli ta’ kevin. tagħmel il-proċess ta’ ħlas faċli u veloċi kemm għan-negozji li jintegraw il-prodott tagħna kif ukoll għall-utenti aħħara.

  • L-utenti jistgħu jgħaqqdu l-kontijiet bankarji tagħhom mal-app tan-negozjant u jagħmlu x-xiri kollu bi klikkjatura waħda, mingħajr ebda awtorizzazzjoni żejda.
  • Il-klijenti m’għandhomx għalfejn joħorġu mill-app tan-negozjant biex jagħmlu l-pagamenti. Kollox isir fl-app. Ladarba konsumatur jgħaqqad il-kont bankarju tiegħu ma’ tan-negozjanti, il-pagamenti kollha jistgħu jsiru bi klikkjatura waħda.
  • L-app tagħraf il-bank tal-utent wara li l-utent idaħħal 8 ċifri tal-kard tiegħu, li jagħmel il-proċess taċ-checkout aktar veloċi u tista’ żżid ir-rati ta’ konverżjoni.

Soluzzjoni li tfixkel il-flussi tradizzjonali tal-pagamenti

Unlokk huwa fornitur tas-self modern li jagħmel is-self veloċi u konvenjenti għall-klijenti tagħhom. Il-kumpanija toffri lill-utenti self sa EUR 5 000 permezz tal-applikazzjoni mobbli ta’ Unlokk.

Tradizzjonalment, il-ħlas lura tas-self jeħtieġ trasferimenti manwali mill-kont bankarju tal-klijent. Biex jagħmel il-pagamenti fil-ħin, l-utent ikollu jieħu d-data rilevanti kollha tiegħu mill-app tas-self, jidħol fil-bank tiegħu, u jdaħħal l-istess informazzjoni kollha fuq il-pjattaforma bankarja. Il-proċess għandu jiġi ripetut kull xahar.

Is-soluzzjoni ta’ ħlas mobbli fl-app ta’ kevin. ħarbtet dan il-fluss tradizzjonali u għamlet il-ħlas lura tas-self ta’ Unlokk ħafna aktar faċli. Issa l-klijenti tagħhom jistgħu jagħmlu l-ħlasijiet lura fil-ħin mingħajr inkwiet, sempliċiment billi jħallsu lura s-self tagħhom fl-app mobbli ta’ Unlokk.

Nifs ta’ arja friska għall-iżviluppaturi

Biex tibni fluss sħiħ ta’ checkout ta’ app mobbli tista’ ddum xhur jew aktar. Bis-soluzzjoni ta’ kevin. żviluppaturi tal-app jistgħu jiffukaw fuq kompiti importanti oħra waqt li aħna nieħdu ħsieb il-pagamenti.

  • Is-soluzzjoni tal-pagamenti mobbli tagħna hija mibnija b’mod nattiv u fiha l-elementi kollha meħtieġa fil-librerija li l-iżviluppaturi jistgħu jużaw.
  • Ladarba tordna l-għodda tagħna, din tista’ tibda taħdem fl-app tiegħek b’mod veloċi li tista’ ssir f’temp ta’jumejn. Dan ifisser li tista’ tidħol fis-suq malajr.
  • L-SDK tal-pagamenti fl-app mobbli ta’ kevin., jaħdem fuq pjattaformi differenti, biex tkun tista’ faċilment tintegrah ma’ OS mobbli differenti jew tużah bħala plugin fuq oqfsa tal- pjattaformi multipli.
  • Is-soluzzjoni hija faċli biex tintegraha u tiġi b’dokumentazzjoni faċli għall-iżviluppatur li se tiggwidawk matul kull pass tal-proċess fuq pjattaformi multipli.

It-tim tagħna huwa dejjem lest biex jgħinek bl-integrazzjoni jew jippersonalizza s-soluzzjoni skont il-ħtiġijiet tiegħek. Għandna tim ta’ appoġġ għall-klijenti li jaħdem il-ħin kollu biex jgħin bi kwalunkwe mistoqsija tal-klijenti.

Iffranka l-ħin u l-flus ma’ kevin.

Wasal iż-żmien li nibdlu kif nużaw l-ibbankjar tradizzjonali. Is-soluzzjoni ta’ pagamenti fl-app ta’ kevin. tagħmel pagamenti mobbli malajr u mingħajr xkiel. L-għodda tagħna hija kompletament sigura, faċli biex tintegraha, u se tipprovdi lill-klijenti tiegħek bl-aħjar esperjenza possibbli għall-utenti.

Aħna nakkomodaw negozji ta’ kull daqs u lesti nagħmlu l-fluss taċ-checkout tal-app tiegħek mingħajr xkiel. Jekk inti interessat/a fis-soluzzjoni ta’ pagamenti mobbli fl-app tagħna, ikkuntattjana, u pprepara biex tiskala n-negozju tiegħek.

Gawdi l-benefiċċji ta’ soluzzjoni ta’ ħlas innovattiva

Integra l-infrastruttura tal-ħlas ta’ kevin.